Mozzjoni mill-Partit Laburista/ Parliament Motion
(English text follows)
Il-Partit Laburista huwa sod fil-fhema
tiegħu li għandu jġib ‘il quddiem id-diskussjoni f’dan
il-Parlament u lil hinn minnhu sabiex juri u jinsisti li jitħarsu
l-obbligi ta’ Malta bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea u firmatarja
tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-Ġnus Magħquda.
Bħala membru tal-Unjoni Ewropea u
firmatarja tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju tal-Ġnus Magħquda,
Malta hija obbligata li tagħti għajnuna internazzjonali
"sabiex jitnaqqsu bin-nofs sas-sena 2015 in-nies li intortament
imutu bil-ġuħ u kawża tal-faqar".
Malta m’hijiex qed tonora dan l-obbligu
tagħha u jeħtieġ li tkun aktar impenjattiva u minn ta’
quddiem biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp
tal-Millennju, jiġifieri sabiex jitnaqqsu l-imwiet u t-tbatijiet
ikkaġunati mill-ġuħ u l-faqar madwar id-dinja.
Għal dan il-għan, dan il-Parlament
u Malta għandhom jikkoperaw bis-sħiħ kemm mal-Unjoni
Ewropea kif ukoll mal-Programm ta’ Żvilupp tal-Ġnus
Magħquda (UNDP) u għandhom ikunu fuq quddiem nett biex
iqajjmu il-ħtieġa ta’ żvilupp fost il-pajjiżi
tat-tielet dinja f’kull fora possibbli.
B’hekk l-Oppożizzjoni Laburista
flimkien mal-bqija tal-Membri Parlamentari ta' din il-Kamra tkun qed
tfakkar u żżomm lill-Gvern Malti fuq saqajh sabiex ikun konformi ma’
l-obbligi ta’ Malta u jonorahom fid-dawl tal-fatt li Malta trid issegwi politika ta’ żvilupp
formali, tant li sa’ l-2010
għandha tagħti 0.17% tad-dħul tagħha għal din
l-għajnuna, liema għajnuna għandha titla’ għal
0.33% sal-2015.
Quddiem dawn l-obbligi internazzjonali,
l-Oppożizzjoni Laburista tassumi l-impenn tagħha u
theġġeġ lid-Deputati kollha ta’ dan il-Parlament
Malti iżommu kelmthom
mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali ħalli
b’hekk din l-Art ħelwa tagħna tkun ta’ spalla mal-bqija
tal-Parlamenti tad-Dinja u partikolarment il-Parlament u l-Kungressi
tal-popli tal-Istati li llum jiffurmaw u jirrappreżentaw l-Unjoni
Afrikana fost oħrajn.
B’dan il-għan ikun possibbli
għall-Parlamentari Maltin flimkien ma' l-SPK tal-Kamra li
jiftħu aktar djalogu dirett bejn il-membri rappreżentattativi
fil-Parlamenti u l-Kungressi tal-Popli tad-Dinja u speċjalment
għandhom ikunu id-Deputati Maltin li jieħdu l-inizjattiva
li jwaqqfu Kummissjonijiet
Parlamentari ta’ ħbiberija direttament bejn il-Parlamenti Membri
li rispettiviment jirrappreżentaw il-popli kollha Afrikani
bil-għan aħħari li l-kawża ġusta kontra
l-ġuħ u l-faqar tikseb l-għanijiet kif mixtieqa mill-ĠM
Noel Farrugia MP
Kelliemi ghall Izviluppi Internazjonali
Parliament Motion
The Labour Party is steadfast in it’s
opinion that it should promote a debate in this Parliament and beyond
the shores of Malta so not only to reveal, but to insist that Malta’s
obligations as a member of the European Union and as a signatory to the
United Nations Millenium Goals Declarations be met.
As a member of the European Union, as well
as a signatory to the United Nations Millenium Goals Declaration, Malta
is obliged to provide international assistance “in order that there
shall be a reduction in the number people who die of hunger and poverty
through no fault of their own, by the year 2015.”
Malta is not honouring this obligation and
this therefore necessitates that more commitment is forthcoming so as
to enable that the scope of development outlined in the Millenium Goals
Declaration be enforced, and so that there shall really be a reduction
in the amount of people who die in vain from hunger and poverty around
the world every year.
It is for this reason that, this Parliament
and Malta, as it stands Sentinel in the southernmost point of Europe,
so should She stand devoutedly committed to cooperate with the European
Union Member States as well as the United Nations Development Program,
and they should be at the forefront to promote the importance of
development among Third World Countries within all possible Forums.
Moreover, the Labour Opposition together
with the rest of the Members of this House of Parliament shall also be
standing proudly, assisting in upholding Malta’s obligations by
supporting the current Government, in the light of the fact that Malta
must follow a policy of formal development in order to reach the
contribution level of 0.17% of National Revenue by the year 2010
towards this goal, and which should reach 0.33% by the year 2015.
Confronted with these international
obligations, the Labour Opposition assumes the commitment to urge all
Members of the Maltese Parliament, to keep their word of honour with
both regional and international organisations in order that our small
country, be a true Jewel in the Mediterranean. Malta shall then proudly
take Her rightful place, shoulder to shoulder with the rest of the
World’s Houses of Parliament, and in particular with the Houses of
Parliament and People’s Congresses of those States, that form and
represent the African Union amongst others.
In so doing, it shall be possible for
Maltese Members of the House of Parliament together with the Honourable
Speaker of the House, to open a direct dialogue between the
Representative Members of the Houses of Parliament and Peoples
Congresses of the world. It should furthermore be, Maltese
Representatives of this House, who should take the initiative to establish
Pariamentary Friendship Commissions directly with the respective
Parliamentary Members who represent all African Nations, in order that
the ultimate goal that the just cause in the fight to eradicate hunger
and poverty, be achieved as intended in the Millenium Goals
Declaration.
Noel Farrugia MP
Spokesman for International Development Aid